| When You Pray |
| Date: 15-01-2007 |
|
L-attenzjoni kienet kollha fuq ir-riformi u l-bidliet u ftit kienu dawk li gharfu li kien mehtieg moviment spiritwali... (FLOROVSKIJ George, 1893 – 1973)
Ftit hafna kienu dawk li fehmu li l-bini ta’ dinja gdida u ta’ ordni interjuri gdid ma jsehhx permezz ta’ riformi politiko-ekklezjastici, imma jsehh bi proposti fuq livell spiritwali.(FLOROVSKIJ George, 1893 – 1973)
X’inhu t-talb? Li titbattal minn dak kollu li esprimi biss intelligenza tad-dinja, u li l-qalb tkun kapaci ddawwar harsitha lejn ix-xewqa tat-tama futura.(Izakk ta’ Ninive)
Meta inti tixtieq tkun taf lilek nnifsek, min int, jekk il-qalb tieghek hijiex fit-triq it-tajba jew le; jekk tixtieq taghraf ic-cokon jew il-kobor tal-personalità tieghek, allura ara ftit jekk intix persuna ta’ talb. Din il-prova qisha l-mera ta’ hajtek, rifless tad-difetti u tal-gmiel. (Izakk ta’ Ninive)
It-talb xejn mhu aktar hlief relazzjoni intima ta’ hbiberija, laqgha twila ta’ persuna ma’ persona ma’ DAK li nafu li minnu ahna mahbubin(Teresa ta’ Avila, Vita 8, 5)
Nixtieq biss nwissikom illi biex nimxu f’din it-triq u navanzaw fiha, l-essenzjali mhux li nahsbu hafna, imma li nhobbu hafna(Teresa ta’ Avila, 4M 1,7)
Ejja niddefendu ruhna minn dak li jaljenana. Nharsu ruhna mill-overdose ta’ impenji. Ejja nkunu generuzi ma’ l-ispirtu bla kwiet taghna u niehduh fil-postijiet tal-kontemplazzjoni, tat-talb u ta’ l-abbandun lil Alla (Tonino Bello).
Mhix biss kwistjoni ta’ igjene spiritwali. Izda fuq kollox tfittxija li nkunu veri, awtentici, tfittxija li nsejna kif naghmluha. Ejja nirritornaw fl-ghejjun. Jew, jekk tridu, ejja nirritornaw fid-dezert. Qed nitkellmu fuq l-istess haga (Tonino Bello)
Li titlob tfisser li tara lil Alla. Huwa kuntatt tal-qalb ma’ l-ghajnejn. Jekk m’inix kapaci nara lil Alla, mela lanqas jien kapaci nitlob (Mother Theresa)
L-ewwel kundizzjoni ghat-talb hija s-silenzju. Il-persuni li jafu jitolbu huma persuni li jafu joqghodu fis-skiet (Mother Theresa).
Il-kliem kollu taghna huwa inutli jekk mhux gej mill-fond tal-qalb. Il-kliem li ma jzidux id-dawl ta’ Kristu, jzidu d-dlam! (Mother Theresa) |
|